Biex Iressaqna Lejh

Welcome The truths taught by Jesus have a direct impact on how we live our lives. He can make you a better person. You can make us a better church.
This is Church The secret to becoming a better person is simple: take what is preached on Sunday, and practice it every day. See how ‘church’ extends beyond the four walls of a building to influence everyday life.
Family

Viżjoni

“Stiednu lil ulied kollha ta’ Alla fuq iż-żewġ naħat tal-velu biex jersqu lejn is-Salvatur, jirċievu l-barkiet tat-tempju mqaddes, ikollhom ferħ dejjiem u jikkwalifikaw għall-ħajja eterna.” - IL-PRESIDENT RUSSELL M. NELSON

 

Prijoritajiet

  • Nimxi Wara l-Profeta
  • Nistieden Ħabib għal Laqgħa tas-Sagrament
  • Nieħu Antenat fit-Tempju

 

Goals-eng

Għanijiet

  • Ingawdu l-barkiet tal-indiema ta’ kuljum.
  • Bl-għajnuna tat-talb infittxu opportunitajiet biex nimministraw.
  • Nistiednu lill-familja, il-familja estiża, u l-ħbieb għal-laqgħa tas-sagrament biex jitgħallmu dwar Kristu.
  • Naqsmu messaġġi tal-Knisja ma’ sħabna permezz tal-internet.
  • Nidħlu b’ruħna u ġisimna fl-inizjattiva “Ejja, Imxi Warajja” u bl-għajnuna tat-talb infittxu r-rivelazzjoni personali.
  • Insaħħu l-fidi tagħna f’ Ġesù Kristu billi nosservaw bi ħsieb jum is-Sabbath, fid-dar u filknisja.
  • Nieħdu ħsieb sewwa tal-membri l-ġodda u ta’ dawk li ġew lura.
  • IInkunu konxji kontinwament tal-ġenerazzjoni li għadha tielgħa.
  • Niffokaw il-kunsill tal-qasam fuq kif nistgħu ngħinu lill-membri u l-ħbieb jagħmlu progress b’mod individwali u bħala familji tul it-triq tal-patt.
  • Inkunu denji ta’ rakkomandazzjoni tat-tempju.
  • Nieħdu l-ismijiet tal-familja ġewwa d-Dar tal-Mulej u ngħinu oħrajn jagħmlu l-istess.
  • Nagħtu l-akbar prijorità li għandna nagħtu biex ngħaqqdu u niġbru flimkien lill-familji fuq iż-żewġ naħat tal-velu.

Indikaturi ta’ Progress

  • Intervisti tal-Ministeru
  • Adulti adottati b’ rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju
  • Attendenza waqt il-laqgħa tas-sagrament: fil-Knisja u fid-dar 
  • Membri li ssottomettew l-ismijiet tal-antenati tagħhom għall-ordinanzi tat-tempju

Implimentazzjoni

L-azzjonijiet speċifiċi li l-membri għandhom jieħdu biex jgħinu individwi u familji jipparteċipaw fil-ħidma tas-salvazzjoni huma parti importanti mill-pjan reġjonali.

Mexxejja: Il-membri tal-kunsilli ta’ koordinazzjoni, wited u qasam għandhom, bl-għajnuna tat-talb, jiżviluppaw ċerti passi speċifiċi li għandhom jieħdu biex iwettqu l-viżjonijiet, il-prioritajiet u l-għanijiet tar-reġjun. Il-mexxejja huma mħeġġin biex, bl-għajnuna tat-talb, jikkunsidraw ċerti ismijiet speċifiċi ta’ individwi li fuqhom għandhom jiffokaw l-attenzjoni tagħhom.

Individwi u Familji: L-individwi u l-familji huma mħeġġa biex iniżżlu ċerti għanijiet speċifiċi realistiċi fuq kard żgħira ħafna u dan jgħinhom jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq it-tliet prioritajiet tal-pjan reġjonali fil-ħajja personali tagħhom.

Li Tkun Responsabbli u Tkompli Ssegwi: Is-Sebgħinijiet Reġjonali jħeġġu lill-presidenti tal-wited biex jiżviluppaw modi sinifikanti kif huma jimplimentaw il-pjan reġjonali u kontinwament ikomplu jsegwu l-progress li jkunu qed jagħmlu. Il-presidenti tal-wited, min-naħa l-oħra, iħeġġu lill-isqfijiet biex jaħdmu mal-mexxejja tas-saċerdozju u awżiljari biex flimkien jiżviluppaw modi kif jistgħu jimplimentaw il-pjan reġjonali u huma wkoll ikomplu jsegwu l-progress u jkomplu jħeġġuhom.

Iddawnlowdja PDF

Pjan | Kard

www.comeuntochrist.org

Family at Preston Temple