Kunċert tal-Milied Bejn Reliġjonijiet Diversi Jistieden lil Kulħadd Jiċċelebra t-Twelid ta' Kristu

Il-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien trganizza xandira ta' żmien il-festi fid-19 ta' Diċembru

Kuċert mużikali għal żmien il-festi, Xhieda tal-Milied, se jixxandar onlajn fid-19 ta' Diċembru 2021.  Dan il-kunċert, li se jitwassal miċ-Ċentru tal-Viżitaturi tat-Tempju ta' Ruma u mill-knisja storika Tal-Madonna f'Copenhagen, se jidher fi 18:00 CET.

Knisja Tal-Madonna f'Copenhagen stock.adobe.com/OliverFoerstner
Knisja Tal-Madonna f'Copenhagen

F'din iċ-ċelebrazzjoni mużikali se jkollna għanjiet familjari tal-Milied bħal Joy to the World, The First Noel u Away in a Manger, esegwiti mill-vjolinist ta' fama Jenny Oaks Baker flimkien ma' Family Four u s-sopran Alexandra Sharpe (li kienet tifforma parti minn Celtic Woman).  In-narrazzjoni ħa tkun fdata f'idejn l-attur Daniż Tomas Ambt Kofod.

Jenny Oaks Baker hija artista li diġà kienet nnominata għall-Premju Grammy, telgħet sal-quċċata tal-Billboard, u s'issa rreġistrat tmintax il-album ġewwa l-istudjo.  Hija ggradwat mill-Iskola Julliard u tat esekuzzjonijiet fl-aqwa ċentri mużikali madwar id-dinja.

Jenny Oaks Baker
Jenny Oaks Baker

Alexandra Sharpe hija sopran/attriċi Irlandiża u dehret diversi drabi l-West End f'Londra u fit-teartri ġewwa l-Irlanda.  Internazzjonalment, l-aktar li hi magħrufa hija bħala waħda mill-mużiċisti li bdew il-Celtic Woman.

Alexandra Sharpe
Alexandra Sharpe

Tomas Ambt Kofod huwa attur u vokalista Daniż deher f'films u fuq il-palk, inkuż il-partijiet ewlenin f'Phantom of the Opera u Les Miserables.

Tomas Ambt Kofod
Tomas Ambt Kofod

Il-programm ta' dan il-kunċert ta' siegħa ħa jinkludi esekuzzjonijiet mużikali memorabbli mħalltin mar-rakkont bibliku tat-twelid umli tas-Salvatur tagħna ġewwa Betlehem. B'turija tat-tradizzjonijiet diversi tal-Milied fl-Ewropa, xeni ffilmajati miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi fil-Ġermanja, Awstrija, Franza, u Spanja se jkomplu jsebbħu dan l-avveniżment uniku tal-Milied.  Dan se jkun żgur kemm ta' ispirazzjoni u anki memorabbli għall-individwi u familji.

Xhieda tal-Milied se jkun disponibbli f'24 lingwa u wieħed jista' jarah fuq din il-link: https://www.facebook.com/watch/173868825969090/1084965395589847. Se jkun anki disponibbli on-demand sat-13 ta' Jannar 2022. Dan il-kunċert huwa parti mill-kampanja globali tal-Milied Dawwal lid-Dinja bl-Imħabba.

Ara dan il-vidjo anteprima fuq https://www.facebook.com/ChurchofJesusChristIreland/videos/witnesses-of-christmas-teaser/1691770124547630/.

Ċentru tal-Viżitaturi tat-Tempju ta' Ruma
Ċentru tal-Viżitaturi tat-Tempju ta' Ruma