Aqra l-Pamflet Ġdid, “Il-Musulmani u l-Qaddisin tal-Aħħar Żmien”

Pamflet Ġdid Jinkuraġġixxi Fehim Aħjar Bejn il-Musulmani u l-Qaddisin tal-Aħħar Żmien

Lexojeni Pamfletin e Ri “Myslimanët dhe Shenjtorët e Ditëve të Mëvonshme”

Pamflet ġdid ta’ 35 paġna bit-titlu “Il-Musulmani u l-Qaddisin tal-Aħħar Żmien: Twemmin, Valuri, u Stili ta' Ħajja,” huwa disponibbli fuq ChurchofJesusChrist.org fi tmien lingwi: Għarbi, Ingliż, Farsi, Franċiż, Ġermaniż, Spanjol, Tork u Russu*. Il-pamflet tistgħu ssibuh ukoll f’dawn il-lingwi minn fuq l-app Gospel Library billi tmur fuq “Books and Lessons,” u mbagħad billi tiftaħ “Interfaith Relations.”

p2

Dan ir-riżors ssemma għall-ewwel darba mill-Presbiteri David A. Bednar u Gerrit W. Gong tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu fil-konferenza dwar l-Iżlam fl-Università ta' Brigham Young f’Ottubru 2021. Il-pamflet jintroduċi ma’ xulxin lill-Musulmani (segwaċi tal-Islam) u lill-Qaddisin tal-Aħħar Żmien (membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien).  Il-ktejjeb huwa l-frott ta' snin ta' ħidma, li tinkludi l-kollaborazzjoni ma’ imam Musulmani.

“Aħna u naħdmu fuq dan ix-xogħol ma’ kollegi Musulmani, indunajna kemm hemm komuni bejn iż-żewġ reliġjonijiet,” qal il-Presbiteru Bednar fil-vidjo ta’ 30 minuta li jakkumpanja l-pamflet. “Per eżempju:  Kemm il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u l-Musulmani t-tnjen ħaddnu b'sinċerità ċerti prinċipji bħall-fidi f’Alla, il-profeti, l-iskrittura, u postijiet qaddisa. Għandna l-istess valuri bħall-importanza tal-familja, il-kastità u li ngħinu lil dawk fil-bżonn. L-istil ta’ ħajja taż-żewġ reliġjonijiet tinkludi drawwiet bħat-talb, is-sawm, u l-ħarsien tas-saħħa fiżika. It-twemmin, il-valuri, u d-drawwiet komuni fiż-żewġ reliġjonijiet imorru lil hinn minn kull differenza politika, etnika, jew kulturali.”

Filwaqt li nagħrfu d-differenzi bejn iż-żewġ reliġjonijiet, sezzjonijiet fil-pamflet juru wħud mill-prinċipji komuni bejnietna. Per eżempju:

  • Alla huwa omnixxenti u omnipotenti. Il-fidi għandha tiġi espressa permezz tal-ħsieb, tal-kelma, u tal-għemil.
  • Il-profeti huma mill-aktar importanti biex jipprovdu gwida minn Alla.
  • Ġesù Kristu għandu rwol importanti, għalkemm differenti, għaż-żewġ gruppi.
  • Ir-rivelazzjoni minn Alla, mogħtija permezz ta’ messaġġiera bħala skrittura, hija l-pedament biex wieħed jitgħallem ir-rieda ta' Alla, juri r-rieda f'dak li jikkommetti ruħu għalih, u jipparteċipa fil-qima b'fedeltà.
  • Il-bnedmin jeħtieġu li jikkomunikaw ma’ Alla kuljum permezz tat-talb.
  • Alla jħobb wisq is-safa u l-kastità.
  • In-nisa huma essenzjali fis-soċjetà u fid-dar.
  • Il-familja hija l-unit fundamentali tas-soċjetà u sors essenzjali ta’ ferħ.

Fil-vidjo, il-Presbiteru Bednar jiċħad kummenti dispreġjattivi u dikjarazzjonijiet li jiġġeneralizzaw li xi Qaddisin tal-Aħħar Żmien għamlu dwar segwaċi tal-Iżlam.

“Aħna nħossu li m’aħniex qed niġu rrappreżentati tajjeb u kif xieraq meta xi rapport fuq l-aħabarjiet jgħid li xi ħadd li kkommetta xi reat mill-aktar gravi huwa Qaddis tal-Aħħar Żmien. Jew meta l-Knisja tagħna hija mitfixkla ma' xi gruppi oħra li ħarġu minnha li l-imġieba tagħhom hija kuntrarju għal tagħna,” qal il-Presbiteru Bednar. “Bl-istess mod, li jkun suġġerit li l-Musulmani kollha għandhom x’jaqsmu ma’ reati mill-aktar gravi hawn fl-Istat Uniti jew x'imkien ieħor fid-dinja huwa daqstant żbaljat u offensiv lejn il-Musulmani.  Il-Musulmani jiċħdu kull tip ta’ għemejjel bħal dawn, l-istess kif jagħmlu l-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Kull reliġjon ewlenija għandha fiha estremisti li jimmiżinterpretaw it-tagħlim tar-reliġjon tagħhom jew ifittxu li jagħmlu l-ħażen f’isem ir-reliġjon.”

Fil-vidjo, l-Appostlu jenfasizza wkoll l-isforzi tal-Knisja flimkien mal-Musulmani biex jiddefendu l-libertà reliġjuża għal kulħadd.

“Hekk kif niltaqgħu ma’ mexxejja Musulmani madwar id-dinja, aħna nitkellmu dwar il-ħtieġa li niddefendu l-libertà reliġjuża,”  qal il-Presbiteru Gong.  “In-nies tal-fidi jeħtieġ jieqfu flimkien favur it-tolleranza u d-dinjità ta' nies minn kull twemmin reliġjuż.”

Il-Presbiteru Bednar qal li l-Knisja temmen “b'qawwa dwar il-libertà reliġjuża mhux biss għalina stess, iżda għal kulħadd. Bħal xi Musulmani fl-Istat Uniti jew bnadi oħra fid-dinja, xi membri tal-Knisja tagħna ħassew l-effetti tal-persekuzzjoni u l-ipprofilar u aħna ningħaqdu ma’ nies tajbin ma’ kullimkien fil-kundanna tagħna ta’ azzjonijiet bħal dawn.”

*Il-pamflet se jkun disponibbli bil-Ġermaniż u bir-Russu iktar tard.